Għas-sitt sena, l-Moviment Hospice Malta organizza mixja matul il-lejl b’risq il-persuni milquta mill-marda tal-kanċer u l-qraba tagħhom, kif ukoll pazjenti milquta mill-Motor Neurone Disease u mard terminali ieħor.
L-attivita’ ‘Midnight Walk’ tal-Hospice Malta bdiet ilbieraħ fid-9 ta’ filgħaxija.
Diversi persuni ħadu sehem fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni Joe Cassar.
Il-Ġimgħa saru żewġ mixjiet ta’ tul differenti skont kemm wieħed jiflaħ jimxi. Mixja ta’ 4 kilometri li bdiet u spiċċat fil-Pjazza ta’ Buġibba madwar il-Kosta tal-Qawra, u mixja ta’ 9 kilometri mill-Pjazza ta’ Buġibba sal-Pjazza tal-Mosta.
Il-parteċipanti taw donazzjoni ta’ €10 b’risq il-Moviment Hospice Malta.
//= $special ?>