Futbol Sport

It-tim nazzjonali Malti bi preparamenti għal kontra l-Kroazja

It-tim nazzjonali Malti jinsab għaddej bl-aħħar preparamenti tiegħu għall-ewwel impenn kompetittiv tiegħu dan l-istaġun mill-Euro 2016 nhar it-Tlieta kontra l-Kroazja.

It-taħriġ qed isir fil-belt ta’ Senec fis-Slovakkja u se jkompli wkoll il-Ħadd filgħodu qabel il-kontinġent jitlaq lejn Zagreb fil-Kroazja bix-xarabank għall-ħabta tas-1.30 p.m. fejn mistenni jasal fil-lukanda wara vjaġġ ta’ ħames sigħat.

L-ewwel sessjoni ta’ taħriġ f’Zagreb tkun it-Tnejn filgħodu waqt li l-logħba mal-Kroazja tibda fit-8.45 p.m. tat-Tlieta. Fir-ritratt jidher Zach Muscat (xellug) li l-Ħamis iddebutta għal Malta kontra s-Slovakkja fit-telfa 1-0 u żagħżugħ ieħor, Bjorn Kristensen.