Internazzjonali

Kompla l-impenn għal koalizzjoni kontra l-grupp l-IS

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry, kellu sensiela ta’ laqgħat fl-Eġittu biex issaħħaħ il-koalizzjoni kontra l-grupp terroristiku Stat Iżlamiku (IS).

Spikkaw, intant, it-taħditiet ewlenin ta’ Kerry mal-President E;izzjan, Abdel Fattah al-Sisi u l-Kap tal-Lega Għarbija, Nabil al-Arabi. Il-laqgħat saru fil-Kajr u wara li s-Segretarju tal-Istat Amerikan kiseb l-appoġġ ta’ għaxar Stati Għarab fil-;lieda kontra l-IS li qed jimmassakra l-minoranzi fl-artijiet li ħataf fl-Iraq u s-Sirja.

Filwaqt li l-Għarabja Sawdija u l-Qatar huma fost il-pajjiżi li wiegħdu l-kooperazzjoni tagħhom lil Kerry, l-Istati Uniti mhix tikkunsidra s-sehem tal-Iran fil-koalizzjoni għal kontra t-terroristi tal-Istat Iżlamiku li għandha titmexxa mill-Amerikani.

L-impenn kontra l-IS ħa spinta wara l-aħħar diskors tal-President Amerikan Barack Obama li wissa dwar kaċċa għat-terroristi li qed jheddu lil pajjiżu. L-Istati Uniti qed taħseb biex iżżid l-azzjonijiet kontra dawn it-terroristi fl-Iraq u fis-Sirja wara l-aħħar rapport tas-Central Intelligence Agency (CIA) fis-sens li l-grupp Stat Iżlamiku għandu ‘l fuq minn 30,000 ġellieda fl-artijiet li qed jikkontrolla.

John Kerry, intant, qal li l-esperti militari u tas-servizzi sigrieti se jqattgħu l-jiem li ;ejjin ifasslu l-istrateġija xierqa biex il-pajjiżi involuti fil-koalizzjoni jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-kampanja kontra l-grupp Stat Iżlamiku.