Ralph Cassar, kelliem tal-Alternattiva Demokratika dwar l-enerġija, t-trasport u l-infrastruttura qal li AD tappella li l-ġnien pubbliku fil-foss ta’ Bieb il-Belt m’għandux jibqa’ fuq l-ixkaffa.
Huwa qal li kienu diversi nies li ikkuntattjaw lill-AD biex jesprimu d-diżappunt tagħhom dwar l-idea li qed tissemma fix-xandir li l-ġnien pubbliku kif kien pjanat fil-pjanijiet oriġinali ta’ Renzo Piano mhux se jsir u li floku se jsir parkeġġ.
Cassar qal li l-Belt kapitali hija aċċessibbli permezz tat-transport pubbliku u li permezz ta’ parkeġġ se tkompli issir aktar faċli l-invażjoni tal-vetturi fil-Belt Valletta.
L-AD qalgħet li l-kontrolli fuq id-dħul ta’ karozzi spiċċa fix-xejn minħabba l-politika populista – li waslet biss biex in-nies jiġu relegati fil-ġenb. Jekk il-ġnien, li huwa fost l-isbaħ aspett tal-proġett tal-Belt, ma jsirx ikun ifisser li n-nies, il-ġenituri, it-tfal, iż-żgħażagħ u l-anzjani jkunu qed jingħataw il-ġenb. Huma qalu li l-gvern qed jagħti prijorita’ lid-duħħan tal-karozzi u mhux lin-nies.
//= $special ?>