MOTOGP: Is-sewwieq tal-Yamaha Jorge Lorenzo kiseb l-ewwel pole position tal-istaġun meta waqt is-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni f’San Marino kiseb l-aħjar ħin. Lorenzo għamel ħin ta’ 1’33.238’ u llum se jibda quddiem Andrea Iannone, sewwieq ta’ Pramac u Valentino Rossi tal-Yamaha rispettivament. L-aħħar darba li Lorenzo kiseb pole position kien fil-Grand Prix ta’ sena ilu tal-Ġappun.
Intant, iċ-champion renjanti tal-Honda Marc Marquez se jibda mir-raba’ post u din hi l-ewwel darba dan l-istaġun li Marquez mhux se jibda mill-ewwel filliera.
//= $special ?>