Għall-ħabta tal-05.30 ta’ filgħodu instemgħat sparatura fi Triq San Ġużepp, f’Raħal Ġdid.
It-tiri ġew sparati fid-direzzjoni ta’ ħanut tal-grocer li jinsab f’din it-triq. Fil-ħanut f’dak il-ħin kien hemm is-sid li għandu 55 sena u joqgħod Raħal Ġdid stess.
Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin fejn ġiet appuntata wkoll inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>