Futbol Sport

Di Maria l-eroj ta’ Manchester United f’rebħa kontra QPR

Manchester United rebħu l-ewwel logħba fil-Premiership dan l-istaġun hekk kif ġabu fix-xejn wirja fqira ta’ QPR f’Old Trafford.

L-eroj tal-partita kien l-akkwist għal somma rekord, l-Arġentin Angel Di Maria li fetaħ l-iskor minn freekick dirett u kien involut fil-gowls l-oħra kollha.

Ander Herrera irdoppja bl-ewwel gowl tiegħu ma’ United u mbagħad kien Wayne Rooney li għamilhom 3-0 qabel il-mistrieħ. B’dan il-gowl Rooney sar it-tielet l-aqwa skorer ta’ kull żmien fil-Premiership b’175 gowl. L-aħħar gowl tal-logħba wasal minn Juan Mata li xeħet fix-xibka xutt cross fil-baxx ta’ Di Maria. Fis-67 minuta l-istess Mata ċeda postu lill-Kolombjan Radamel Falcao li kien qed jiddebutta mat-tim ta’ Van Gaal u ftit li xejn impressjona.

Ma United iddebuttaw ukoll mill-bidu Marcos Rojo u Daley Blind waqt li ma’ QPR kien de jilgħab id-difensur Rio Ferdinand għall-ewwel darba kontra l-eks klabb tiegħu.