It-tliett immigraqnti rregolari li kienu salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta ddaħħlu Malta għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija llejla. Huma ttieħdu l-isptar Mater Dei sabiex jingħataw assistenza medika.
Aktar kmieni…
Fl-aħħar siegħat il-Forzi Armati ta’ Malta kienu nvoluti f’ħidma ta’ salvataġġ b’rabta ma’ dgħajsa li fuqha kien hemm madwar 30 immigrant irregolari u li bdiet tgħereq madwar 300 mil nawtiku l-barra mill-kosta ta’ Malta.
Fil-ħidma bosta immigranti kienu salvati iżda oħrajn sfortunatament tilfu ħajjithom. Dawk li salvaw bdew jispjegaw li d-dgħajsa tagħhom bdiet tgħereq wara li ntlaqgħtet minn dgħajsa oħra.
It-tfittxija għal dawn l-immigranti bdiet wara l-vapur Pegasus sab tnejn minn nies fl-ilma li qalu li kienu fuq dgħajsa bi tletin ruħ fuqha u li kienet qegħda tgħereq.
Dawk salvati ttieħdu Kreta, b’uħud ikollhom jittieħdu permezz ta’ helikopter Grieg minħabba li kellhom bżonn assistenza medika urġenti.
Sorsi li tkellmu ma’ Maltarighnow.com spjegaw li tlieta minn dawk salvati ser jinġiebu f’pajjiżna fis-siegħat li ġejjin.
//= $special ?>