Fi stqarrija Middlesex University Malta faħħret id-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni li se jaħdem fuq programm u kampanja edukattiva biex jgħolli l-istandards tal-użu tal-lingwa Ingliża Malta.
Studenti Maltin li qed isegwu korsijiet f’Middlesex Campus f’Pembroke dejjem urew ħila tajba fil-lingwa Ingliża, madankollu kull investiment li jsir hu ta’ ġid għall-iżvilupp tal-istudenti u tal-pajjiż, saħqet l-universita’ Ingliża fl-istqarrija.
F’Malta hawn wieħed mit-tliet kampuses ta’ Middlesex University. “Il-bilingwiżmu f’Malta hu fattur importanti biex jiġu attirati studenti internazzjonali biex isegwu l-istudji tagħhom f’Middlesex University f’Pembroke . Hekk kif Malta tkompli tistabbilixxi ruħha bħala ċentru internazzjonali tas-servizzi, inkluż fl-edukazzjoni, il-ħiliet fl-Ingliż huma kruċjali biex jiżdied l-investiment u tikber l-ekonomija” żiedet tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>