Il-Partit Nazzjonalista illejla qiegħed ifakkar il-50 anniversarju ta’ l-indipendenza b’attivita’ fi Pjazza Sant’ Wistin fir-Rabat Għawdex. Attivita’ li gġaliha hemm preżenti l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi, l-President Emeritu, eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami kif ukoll l-istoriku l-Professur Henry Frendo.
Eddie Fenech Adami saħaq li l-Partit Nazzjonalista dejjem emmen li Malta għandha dak kollu li pajjiż jirrekjedi biex jisejjaħ nazzjon. Huwa saħaq li l-PN kien ta’ ispirazzjoni għax dejjem emmen li Malta hija nazzjon. L-indipendenza kienet iċ-ċavetta għall-vijabbiltà għax Malta għandha raja f’idejha spjega Eddie Fenech Adami li saħaq li mill-indipendenza ‘l hawn mhux morna iżda l-quddiem.
Lawrence Gonzi minn naħa tiegħu qal li l-poplu Malti għandu jagħti sens liċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena ta’ Malta Indipendenti. Saħaq li dak li qed niċċelebraw illum għandu jfakkarna biex napprezzaw dak li akkwistajna.
Minn naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil saħaq li l-indipendenza tgħinek twieġeb int min int u f’liema pajjiż tgħix. Sostna li l-indipendenza tatna pakkett ta’ prinċipji bażiċi li ħaddiemna, ħaddanna u li għadhom jitqiesu bħala relevanti sal-lum.
Simon Busuttil tkellem ukoll dwar kif l-indipendenza ġabet magħha d-demokrazija. Tkellem dwar il-każ tal-għasdd tal-voti fl-aħħar elezzjoni ġenerali fejn semma’ kif wara sena u nofs il-proċess kien ra l-intervent fil-kawża tal-Partit Laburista bl-iskop li l-kawża ddum u ma tinqatax.
//= $special ?>