Inċident mhux tas-soltu l-bieraħ filgħaxija għal ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija ħalla impjegat ta’ kumpanija mejjet wara li dan inqabad fil-bieb ta’ lift tal-merkanzija.
L-inċident seħħ fi stabbiliment ta’ l-ikel fi Triq it-Terħa f’Ħal Għaxaq, bil-vittma ikun impjegat ta’ 48 sena mill-Fgura. Il-membri tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel iżda sfortunatament kien kollu ta’ xejn.
Il-pulizija għadha qed tinvestiga il-każ filwaqt li fl-inkjesta maġisterjali nħatru bosta esperti.
//= $special ?>