Internazzjonali

L-Awstralja ser tibgħat suldati lejn il-Lvant Nofsani

Il-Prim Ministru tal-Awstralja Tony Abbott ħabat li l-pajjiż kien ser jibgħat madwar 600 suldat lejn il-Lvant Nofsani sabiex jieħdu sehem fil-ġlieda kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq. Abbott qal li dawn is-suldati kienu ser jintbgħatu fl-Emirati Għarab Maqgħuda wara talba tal-Istati Uniti.

Madwar 40 pajjiż, inkluż 10 stati Għarab aċċettaw il-pjan tal-Istati Uniti għal glieda kontra l-militanti li fl-aħħar jiem kexkxu lid-dinja b’bosta attroċitajiet.

Intant għada fi Franza ser ikun qiegħed isir summit dwar is-sigurta reġjonali. Is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry diġa jinstab f’Pariġi bi tħejjija għal dan is-summit.