Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel ser tindirizza rally għal massa kontra l-anti semitiżmu u dan fid-dawl ta’ żieda qawwija fl-attakki kontra l-Lhud fil-Ġermanja. Merkel ħabbret dan waqt il-podcast li tagħmel ta’ kull ġimgħa.
Il-Kanċillier tal-Ġermanja saħqet li l-ġlieda kontra l-anti Semitiżmu hija waħda iebsa u twila filwaqt li spjegat li llum il-ġurnata kull istituzzjoni tal-Lhud fil-pajjiż kellha bżonn il-protezzjoni tal-pulizija.
Ir-rally li ser issir biswit il-bieb ta’ Brandenburg ser tkun qegħda ssir fl-istess ġranet li ser ikun qed isir il-Kungress Internazzjonali tal-Lhud fil-kapitali Ġermaniża.