Internazzjonali Knisja

Papa Franġisku jżewweġ 20 koppja

Il-Vatikan illum ra tieġ mhux tas-soltu hekk kif f’quddiesa Papa Franġisku żewweġ 20 koppja. Fost il-koppji kien hemm ukoll koppji li kienu jgħixu flimkien qabel iż-żwieġ u saħansitra koppja li diġa kellha t-tfal.

Iċ-ċerimonja li saret fil-Bażilka ta’ San Pietru kienet l-ewwel darba f’erbatax il-sena li Papa qaddes quddiesa ta’ żwieġ bl-aħħar okkazjoni tkun fis-sena 2000 meta Papa Ġwanni Pawlu it-Tieni kien qaddes quddiesa taż-żwieġ.

L-okkażjoni tal-llum tiġi biss tlett ġimgħat qabel ma’ f’Ruma ssir laqgħa għall-isqfijiet minn madwar id-dinja sabiex jeżaminaw it-tgħalim tal-knisja fuq il-familja.

Fl-omelija Papa Franġisku ddeskriva ż-żwieġ bħala triq mhux faċċli li jista’ jkollha bosta sfidi, “iżda dik fuq kollox hija l-ħajja” saħaq il-mexxej tal-Knisja Kattolika.