Is-sewwieq Taljan tal-Yamaha Valentino Rossi kiseb l-ewwel rebħa tiegħu fil-MotoGP sa mill-GP ta’ Assen is-sena l-oħra u rritorna fuq l-ogħla skaluna tal-podju fuq art Taljana għall-ewwel darba sa mill-2009 b’wirja mill-aqwa f’Misano.
Rossi xeħet lill-partitarji f’dellirju ta’ ferħ meta ddomina dan il-Grand Prix wara sfida ma’ sieħbu tal-istess tim Jorge Lorenzo u ċ-Champion tad-Dinja Marc Marquez li skiddja meta pprova jnaqqas id-distakk minn mat-Taljan ta’ 35 sena.
Kienet wirja mill-aqwa mis-sewwieq rebbieħ disa’ darbiet tat-titlu mondjali u suċċess emozzjonanti għal dan is-sewwieq leġġenda li meritatament reġa’ spiċċa fuq l-ogħla skaluna f’Misano wara prestazzjoni mingħajr żbalji fuq il-mutur tiegħu.
Lorenzo li beda mill-pole ma kellux risposta u kellu jikkuntenta bit-tieni post waqt li anke Marquez ma deher li seta’ jinfluwenza r-riżultat tat-tiġrija anke li kieku ma waqax.
Dani Pedrosa rnexxielu jikseb it-tielet post quddiem Andrea Dovizioso tad-Ducati waqt li Andrea Iannone li beda mit-tieni post, temm il-ħames
//= $special ?>