Lokali

Simon Busuttil iżur l-ewwel mara eletta fil-parlament f’isem il-PN

Fl-aħħar ġimgħat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, ippreżenta tifkiriet simili lid-Deputati li fl-aħħar ħamsin sena, minn mindu Malta kisbet l-Indipendenza, servew fil-Parlament Malti f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Illum Simon Busuttil, għamel żjara fid-dar tal-anzjani Casa Arkati, fil-Mosta, fejn hemm residenti Anne Agius Ferrante, li serviet bħala Deputat f’isem il-Partit Nazzjonalista, fl-aħħar ħamsin sena.

Matul din iż-żjara, lis-sinjura Agius Ferrante, Simon Busuttill rringrazzjha talli ħadmet fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u għal dan hi ngħatat tifkira.

Anne Agius Ferrante kienet l-ewwel mara li kkontestat u ġiet eletta f’Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista lura fl-1976.