Internazzjonali

Stennija għall-elezzjoni ġenerali fl-Isveżja

L-elezzjoni ġenerali fl-Isvezja mistennija twassal għal riżultat li jitfa’ f’posizzjoni b’saħħitha ħafna lill-Partit Demokratiku Svediż; partit li għamel kampanja ħarxa kontra l-immigrazzjoni f’sena fejn il-pajjiż ra’ l-għola ammont ta’ applikazzjonijiet għall-ażil sa mill-1992.

Minn naħa l-oħra il-partit tal-Prim Ministru Fredrik Reinfeldt jidher li ser jitlef bi ftit ir-riedni tal-poter hekk kif is-Soċjal Demokratiċi fl-istħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika kienu qegħdin igawdu vantaġġ minimu. Vantaġġ li madankollu mistenni jħalli lill-istess Soċjal Demokratiċi bi ħtieġa ta’ koalizzjoni. Koalizzjoni li skond analisti politiċi ser ikollha tinkludi partiti oħra aparti l-allejati tradizzjonali tas-Soċjal Demokratiċi.