Internazzjonali

John Kerry f’laqgħat ma’ Ministri tal-Affarijiet Barranin dwar l-ISIS

Aktar tard illum, is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry mistenni jiltaqa’ ma’ Ministri tal-Affarijiet Barranin minn madwar id-dinja. Il-laqgħat f’Pariġi se jsiru biex il-Ministri jiddiskutu kif jistgħu jiġġieldu lill-militanti tal-Istat Iżlamiku (ISIS). Fil-jiem li għaddew, John Kerry kellu sensiela ta’ laqgħat fl-Eġittu biex isaħħaħ il-koalizzjoni kontra l-ISIS.

Sadanittant, spikkaw ukoll it-taħditiet ewlenin ta’ Kerry mal-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi u l-Kap tal-Lega Għarbija Nabil al-Arabi. Il-laqgħat saru fil-Kajr wara li s-Segretarju tal-Istat Amerikan kiseb l-appoġġ ta’ għaxar Stati Għarab fil-ġlieda kontra l-ISIS, li qed jimmassakra l-minoranzi fl-artijiet li ħataf fl-Iraq u s-Sirja.