Futbol Lokali Sport

Pulizija ferut wara aggressjoni fi tmiem il-logħba Valletta vs Hibs, partitarju arrestat

Partitarju ta’ 35 sena lbieraħ kien arrestat waqt il-logħba bejn Valletta u Hibernians. Dan wara aggressjoni fuq Kuntistabbli tal-Pulizija. Stqarrija uffiċjali li l-Korp tal-Pulizija ppubblika fuq Facebook qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15pm meta l-Kuntistabbli u Uffiċjal ieħor ipprova jwaqqaf numru ta’ partitarji Beltin milli jippruvaw jaqbżu grada għal żona ristretta tal-ground.

Kien f’dan il-waqt li, skont l-istqarrija tal-Korp, il-Kuntistabbli u kollega tiegħu sfaw attakkati u abbużati verbalment minn numru ta’ partitarji waqt li kienu qed jippruvaw jikkontrollaw lill-folla. Il-Kuntistabbli sofra feriti ħfief.