Lokali

Sejba oħra ta’ droga fil-Ħabs, din id-darba fil-pussess ta’ viżitatriċi

Dik li kellha tkun żjara ‘tas-soltu’ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għal mara li marret iżżur persuna li bħalissa jinsab fil-Ħabs, spiċċat biex żviluppat f’qabda ta’ droga eroina fil-pussess tal-istess mara. Waqt ħin tal-viżti fil-Ħabs dalgħodu, il-Gwardjani kienu qed jagħmlu tfittxijiet fuq il-persuni li kienu se jżuru lill-priġunieri.

Waħda mit-tfittxijiet saret fuq mara li dak il-ħin marret biex iżżur persuna fil-Ħabs. Nifhmu li l-Uffiċjali u l-Gwardjani tal-Ħabs għokrithom għajnejhom mill-imġieba suspettuża tal-mara. Għaldaqstant, kien deċiż li jsiru tfittxijiet aktar estensivi fuq il-mara. F’dawn it-tfittxijiet, instab li l-moħbija f’ħalq il-mara kien hemm pakkett, x’aktarx bid-droga eroina.

Immedjatament, il-mara kienet arrestata u bis-sejba kienu nfurmati wkoll il-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga u tad-Distrett mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid, biex issoktaw l-investigazzjonijiet dwar is-sejba. Kemm il-mara kif ukoll il-priġunier li għalih kienet maħsuba d-droga mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li gejjien.