Sliema ASC huma r-rebbieħa tat-tournament tal-waterpolo li kien organizzat minn TeamSport PN bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru l-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza. Sliema rebħu t-tournament mingħajr telfa.
Għal dan it-tournament attenda wkoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li ppreżenta t-trofew lir-rebbieħa. It-tournament kien ta’ suċċess kbir u attira interess qawwi. Il-logħob kollu ntlagħab fi tliet pitches differenti, kif kien isir fil-passat.
Fih ħadu sehem sitt timijiet, li kienu maqsuma f’żewġ gruppi. Grupp A kien jinkludi lil Sliema, Marsaskala u Barracudas, filwaqt li Grupp B kien jinkludi lil Neptunes, San Ġiljan u Sirens. Il-Finali ntlagħbet quddiem folla sabiħa fil-pitch tan-Neptunes bejn Sliema u Sirens.
Il-logħba ntemmet bl-iskor ta’ 7-7, iżda Sliema finalment ħarġu rebbieħa bil-penalties.
//= $special ?>