Lokali

Tifel jispiċċa l-isptar bi ġrieħi gravi

Tifel ta’ 11-il sena spiċċa ttieħed l-isptar Mater Dei bi ġrieħi gravi. Dan wara inċident li seħħ fi Triq il-Qalliet f’Marsaskala, iktar kmieni llum wara nofsinhar.

Jidher li kollox seħħ hekk kif għal xi raġuni, raġel ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip Skoda Felicia u ħabat ma’ karozza tat-tip Renault li kienet ipparkjata fl-istess triq.

Żewġ vetturi li kienu pparkjati quddiem din il-karozza wkoll spiċċaw ġarrbu xi ħsarat minħabba dan l-inċident.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.