Minkejja li mhux magħruf jekk id-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela studjax il-mużika jew jipprattikax xi strument mużikali, minn issa ‘l quddiem dan se jkun assoċjat mill-qrib ukoll mal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta. Dan wara li fl-aħħar jiem il-Bord tat-Tmexxija tal-Orkestra Nazzjonali akkwista s-servizzi tad-Deputat Mexxej Laburista, li kien appuntat fil-Bord mill-Gvern.
Skont rapporti fil-media, jirriżulta li din il-ħatra tal-Avukat Toni Abela fil-Bord tal-Orkestra Nazzjonali saret propju għax, skont Abela nnfisu, ghandu passjoni kbira għall-mużika klassika. F’kummenti li ta dwar din il-ħatra, l-Avukat Abela spjega li din mhix ħatra li ġġorr magħha xi pakkett finanzjarju qawwi għax kull mhu se jitħallas hu €200 fix-xahar.
Id-Deputat Mexxej Laburista sostna li n-nomina tiegħu fil-Bord iġġib aktar xogħol għalih għax irid jara kif se jitlaq mix-xogħol tiegħu ta’ Avukat biex ilaħħaq mal-impenji tal-Bord tat-Tmexxija tal-Orkestra Nazzjonali. Din il-ħatra tal-Avukat Abela tkompli tiżdied mal-kullana ta’ ħatriet li l-Gvern Laburista għamel kemm ilu fil-Gvern lil persuni tal-qalba.
//= $special ?>