Wara li fil-ġimgħat li għaddew tqajjmu diversi każi ta’ allegati abbużi fuq studenti u tfal minn edukaturi u nies li jaħdmu fil-volontarjat, il-Union tal-Għalliema esprimiet it-tħassib tagħha dwar kif dawn il-kazi qed ikunu trattati mill-Pulizija, speċjalment f’dak li jikkonċentrna lil edukaturi.
F’intervista ma dan l-istazzjon, il-President tal-MUT Kevin Bonello jagħti r-raġunijiet għal dan it-tħassib.
Hu jsemmi kaz partikulari li sehh f’Għawdex madwar tliet snin ilu.
Hu qal li l-MUT se jkollha laqgħa mal-Gvern biex ikunu ċċarati l-affarijiet li qed iħassbu lil ħafna nies, inkluż għalliema, voluntiera li jaħdmu mat-tfal u anke ġenituri. Imma l-MUT lesta li jekk ma jintlaħaqx ftehim, tagħti direttivi lil membri tagħha.
Staqsejna wkoll lil President tal-MUT dwar is-sitwazzjoni tas-sigurta` fl-iskejjel.
Mis-sena skolastika li ġejja, kull skola sekondarja se ddaħħal is-sistema ta’ ko-edukazzjoni fejn studenti bniet u subien ikunu fl-istess klassi. Kevin Bonello qal li l-MUT taqbel ma’ din is-sistema imma f’ċerti skejjel ma sarx ix-xogħol ta’ loġistika mehtieg.
Sadattant, ħafna mill-iskejjel se jiftħu l-bibien tagħhom għall-istudenti u l-għalliema fil-ġimgħa ta’ wara l-Indipendenza.
//= $special ?>