Lokali

Il-Festi tal-Indipendenza jiftħu bil-‘Ġirja u Mixja’

L-attivitajiet tal-lejla fuq il-fosos bdew b’ġirja jew mixja minn Santa Venera għal fuq il-Fosos tal-Floriana, li għal darb’oħra l-PN għażel li jorganizza biex jiftaħ il-Festi tal-Indipendenza.

Fost dawk li hadu sehem kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil u diversi membri parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li għazlu li jingħaqdu mal-pubbliku, mal-attivisti u mal-Kap tal-Partit għal Ġirja u Mixja ghall-Indipendenza

Din l-attivita’ bdiet tiġi organizzata s-sena l-oħra bl-iskop li tistabilixxi l-isport fost l-attivitajiet organizzati mill-PN għall-Indipendenza.