Il-Forum Opportunitajiet Indaqs fi ħdan il-Partit Nazzjonalista (FOIPN) ġibed l-attenzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar dik li sejjaħ forma diskriminatorja li qed issir fil-konfront ta’ diversi studenti li jbatu minn kundizzjonijiet mediċi u li jkollhom bżonn attenzjoni medika immedjata f’każ ta’ emerġenza, bħal fil-każ tal-Epipen.
Fi stqarrija, il-FOIPN enfasizza li l-vera edukazzjoni inklussiva, li l-PN tant ħadem biex tkun stabbilita, għandha toffri l-istess opportunitajiet lill-istudenti kollha tal-pajjiż. Dan għandu jkun l-ewwel għan qabel kollox, sostna l-FOIPN. Filwaqt li jqis id-dritt tal-istudenti li jkunu inklużi minkejja raġunijiet ta’ saħħa, il-FOIPN qal li l-edukazzjoni għandha toffri opportunità lil kulħadd.
Fl-istqarrija sejjaħ lil min hu responsabbli biex jieħu l-aħjar għażliet f’dan ir-rigward ħalli titjieb l-edukazzjoni ħolistika tal-pajjiż, kif il-Gvern għandu jikkunsidra qabel kollox.
//= $special ?>