Internazzjonali

Il-mexxejja politiċi fir-Renju Unit iwegħdu aktar poteri lill-Iskoċċiżi

Il-mexxejja tat-tliet partiti ewlenin fir-Renju Unit intrabtu b’wegħda li jekk ma jgħaddix ir-Referendum fl-Iskozja, jingħataw aktar poteri lill-Iskoċċiżi.

It-tliet mexxejja, il-Prim Ministru David Cameron, Nick Clegg u Ed Miliband, għamlu l-wegħda politika fl-isforz tagħhom li r-Referendum għall-Indipendenza ma jgħaddix u l-Iskozja tibqa’ parti mir-Renju Unit.

Jumejn qabel il-vot fir-Referendum, fost oħrajn Cameron, Miliband u Clegg qed jintrabtu li jagħtu poteri estensivi ġodda lill-Parlament Skoċċiż.