Internazzjonali

L-Istati Uniti bl-ewwel attakk mill-ajru kontra l-ISIS

Fis-sigħat li għaddew, l-Istati Uniti għamlu l-ewwel attakk mill-ajru kontra l-militanti tal-ISIS, skont l-istrateġija mnedija mill-Gvern Amerikani kontra l-grupp iżlamiku. Il-militar Amerikan qal li dan l-attakk qered pożizzjonijiet strateġiċi tal-ISIS fil-lbiċ ta’ Bagdad, minfejn il-grupp militanti qed jispara lejn il-forzi Iraqini.

Dan l-attakk wasal ħamest’ijiem wara li l-President Amerikan Barack Obama nieda l-pjan tal-Gvern Amerikan biex jeqred għal kollox lill-ISIS. L-Istati Uniti qed taħdem ukoll mill-qrib ta’ pajjiżi oħrajn f’koalizzjoni biex kontra l-grupp iżlamiku.

(Ritratt: mill-Arkivji)