Francis Cauchi (ritratt), ta’ 54 sena, kien rappurtat nieqes lill-Pulizija l-Ħamis li għadda. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li Cauchi deher l-aħħar f’Raħal Ġdid u kien liebes qalziet blu u flokk aħmar. Ir-raġel għandu għajnejh kannella u xagħru qasira u griża.
Il-Pulizija talbet għall-għajnuna tal-pubbliku billi min ikollu xi informazzjoni dwar Cauchi, iċempel anke b’mod kunfidenzjali fuq 21224001 jew 119, inkella jmur fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>