Serb ta’ 22 sena kien ikkundannat seba’ xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li t-Tnejn li għadda kellu l-Passaport tiegħu b’timbri foloz biex ikun jista’ jibqa’ Malta għal żmien itwal. Krstic Nenad ammetta li kellu timbru fuq il-Passaport tiegħu, li juri li kien daħal u ħareġ kemm-il darba minn Malta.
L-akkużat kien ikollu visa ta’ tliet xhur peress li ġej minn pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk hu jrid jerġa’ jmur pajjiżu u jiġi lura biex jitħalla jidħol. Kollox jindika li min għamel it-timbru lil Nenad hu professjonist f’dan il-qasam minħabba li hu kważi eżatt bħall-oriġinali. Hu ammetta li ffalsifika dokument u wżah meta kien jaf li kien qed jikser il-Liġi.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frankie Sammut, filwaqt li għas-Serb deher l-Avukat Arthur Azzopardi.
//= $special ?>

