“Qegħdin fejn qegħdin illum grazzi għal kuraġġ tal-ewwel Prim Ministru ta’ Malta, George Borg Olivier. Qegħdin fejn qegħdin, grazzi ghal Partit Nazzjonalista”
Kien b’dan il-kliem li l-Kap tal-Oppozizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista fisser is-sinnifikat tal-Indipendenza li pajjiżna kiseb 50 sena ilu, fl-ewwel diskussjoni politika li saret fuq il-Fosos tal-Floriana proprju t-Tlieta filgħaxija.
Diskussjoni li fiha spikka s-sehem ta’ numru sabiħ ta’ persuni minn mixjiet differenti fl-istorja ta’ Malta: eks-deputati, eks-Ministru u uffiċjali tal-partit li raw b’għajnejhom kif pajjiżna żviluppa minn nazzjon li għadu kemm twieled għal Malta li għalqet 50 sena.
Preżenti għal din id-diskussjoni kien hemm ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għal Ħidma fil-Partit, Beppe Fenech Adami, li tkellem dwar il-marda li qed jissielet u esprima r-ringrazzjament tiegħu għal appoġġ kollu li qed jirċievi minn familjari u ħbieb.
Matul id-diskussjoni tkellmu wkoll veterani tal-partit, fosthom Alfred Bonnici, Joe Cassar u Michael Falzon, L-MZPN, il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista saħansitra ħejja filmat li juri l-mixja ta’ Malta tul dawn l-aħħar ħamsin sena mil-lenti żgħażugħa.
Iżda spikka fuq kollox il-messaġġ aħħari tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li fakkar fl-opportunitajiet li ksibna permezz tal-indipendenza.
U fid-dawl ta’ dan l-avveniment nazzjonali, il-Partit Nazzjonalista ghandu jhares ‘il quddiem u jkompli jfassal il-politika tieghu ghal gid ta’ Malta taghna, temm jghid il-Kap tal-Partit, Simon Busuttil.
//= $special ?>