“Stephen Vaughan Junior għad għandu flus x’jagħti lil Mosta. Madankollu l-isponsor tiegħu kien żgħir u mhux se jaffettwa l-baġit tagħna,” dan qalu l-President ta’ Mosta George Galea f’kummenti li għadda waqt il-programm Replay Ikompli fuq Radio 101.
Huwa kompla li minkejja dan kollu xorta waħda għad għandu relazzjoni tajba mal-eks President ta’ Floriana FC.
“Kont viċin u għadni viċin ta’ Stephen Vaughan Junior. Kien hu l-kuntatt għall-plejer Gary Roberts li konna qrib tiegħu imma li madankollu ma ġiex. Il-kuntratt ta’ sponsorship ta’ Vaughan magħna kien ta’ sena.”
Galea qal li hu kien bassar li dan ma kienx se jkompli mal-klabb Mosti anke mill-attitudni tiegħu. “Kont naf x’se jiġri għax kont narah anke ma’ Jeffrey Farrugia u llum fil-fatt mar ma’ Hibernians,” qal il-President ta’ Mosta.
Vaughan Jr għad għandu jagħti lil Mosta


