Victim Support Malta qalet li hu tajjeb li f’pajjizna jsiru riformi li ilhom mistennija fil-Ligi tad-Droga filwaqt li esprimiet r-reazzjoni tagħha għall-White Paper dwar id-droga li kienet imnedija f’Lulju li għadda.
Victim Support Malta fi stqarrija spjegat li l-White Paper tirreferi diversi drabi ghall-persuni li jiehdu d-droga bhala vittmi tad-droga. Spjegat li filwaqt li f’termini mediċi, hu kkunsidrat li l-vizzju tad-droga jwassal biex wiehed jigi dipendenti fuq s-sustanza, Victim Support temmen li t-terminu vittmi tad-droga jista’ jwassal għal perċezzjoni li mhix korretta.
Roberta Lepre mill-Victim Support Malta tkelmet ma’ dan l-istazzjon fuq it-terminu vittmi tad-droga.
Victim Support tispjega li persuni li jiehdu d-droga u li jwettqu reati kriminali biex isostnu l-vizzju, jkunu qed jaghmlu vittma lill-persuni affetwati mill-azzjonijiet llegali tagħhom.
L-għaqda sostniet li taqbel mad-depenaliazazzjoni tad-droga fil-kazi ta’ uzu tad-droga. Taqbel ukoll li persuni li jiehdu d-droga ghandhom jingħataw trattament għall-vizzju tagħhom.
Appellat biex ikun hemm distinzjoni bejn l-uzu tad-droga u l-azzjonijiet li wieħed jagħmel biex isostni l-vizzju tad-droga.
Saħqet li t-tehid tad-droga se jibqa’ azzjoni llegali li jfisser li d-droga se tibqa’ tinbiegh llegalment bi prezz għoli.
Dan ifisser, spjegat Victim Support Malta, li se jibqa’ jkun hawn atti kriminali minn persuni li jiehdu d-droga u li jwettqu dawn l-atti biex iħallsu għad-droga. Tishaq li l-White Paper ma titrattax b’mod adekwat għal din ir-realta’.
Victim Support Malta ressqet ukoll proposti għall-prevenzjoni mill-vizzju u ghat-titjib fis-sistema tal-Ġustizzja.
Il-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Gvern fuq il-White Paper dwar id-Droga ġie fi tmiemu it-Tnejn.
//= $special ?>