Futbol Sport

AC Milan b’thedida ta’ azzjonijiet fil-qorti minn Clarence Seedorf

L-eks kowċ ta’ Milan Clarence Seedorf hu mistenni jiftaħ kawża l-Qorti kontra l-eks klabb tiegħu. Dan qalu Tiziano Treu, l-avukat tiegħu fejn spjega li jidher li Milan mhux lesti jħallsu lil Seedorf sa tmiem il-kuntratt tiegħu, kuntratt li jiskadi f’Ġunju tal-2016. Seedorf kien maħtur kowċ ta’ Milan fil-bidu tal-istaġun li għadda u t-tim, taħt it-tmexxija tiegħu iddiżappunta bil-kbir u spiċċa fit-tmien post.

“Nittamaw li nilħqu ftehim imma l-aħħar laqgħa ma tantx kienet waħda pożittiva u jekk l-affarijiet se jibqgħu hekk se nispiċċaw il-Qorti,” qal Treu.