Is-sewwieq tal-karozza tal-linja li deher f’filmat imxandar esklussivament minn MaltaRightNow.com jaqbeż trakk fit-Telgħa tax-Xemxija kien identifikat u beda proċess intern biex jittieħdu passi, inkluż dixxiplinarji, fil-konfront tiegħu.
Dan kien ikkonfermat fi stqarrija minn Malta Public Transport, il-kumpanija li qed tħaddem it-trasport pubbliku, b’reazzjoni għal dan l-inċident. L-istqarrija tkompli li għall-kumpanija, is-sigurtà fis-sewqan tibqa’ l-ewwel u l-ogħla prijorità. Għalhekk, każi bħal dawn jittieħdu bis-serjetà biex jitnaqqsu inċidenti simili.
Dan hu t-tieni każ fi ftit ġimgħat li fih ixxandar filmat ta’ sitwazzjonijiet perikolużi, li kienu jinvolvu vetturi tat-trasport pubbliku. Aktar kmieni dan ix-xahar, ħareġ filmat ta’ xufier ta’ karozza tal-linja li spiċċa bl-isteering jinqala’ u jiġi f’idejh.
//= $special ?>