Il-President tal-Amerikan Barack Obama qal lill-udjenza tat-truppi Amerikani li s-suldati li qed jiġġieldu kontra l-Istat Iżlamiku mhumiex se jkollhom missjoni ta’ kumbatt.
Fid-diskors tiegħu, Obama qal li mhux lest jiġġieled gwerra oħra fl-Iraq. Minkejja dan, qal li l-Amerka għandha “abbiltajiet uniċi” biex tirrispondi lura lill-Istat Iżlamiku, fosthom għajnuna bl-ajru lill-Iraq u lis-suldati Kurdi.
Minn nofs Awwissu ‘l hawn, l-Amerka diġà għamlet 162 attakk bl-ajru kontra l-Istat Iżlamiku fl-Iraq. Pero’, l-istrategija l-ġdida tal-President tal-Amerka tista’ twassal għal attakki simili fis-Sirja u ssejjaħ għal koalizzjoni ta’ 40 pajjiż sabiex flimkien jikkombattu l-grupp militanti.
Ir-riassigurazzjoni ta’ Obama lis-suldati fil-bażi tal-Forzi tal-Ajru ta’’ MacDill f’Tampa, Florida, waslet ġurnata wara li ġeneral Amerikan ta’ pożizzjoni għolja ssuġġerixxa li lest jirrakkomanda għall-ġlied it-truppi Amerikani tal-art fil-ġlieda kontra l-Istat Iżlamiku jekk l-attakki tal-ajru jfallu.
Iċ-Ċermen tal-Joint Chiefs of Staff, Gen Martin Dempsey ikkonferma li taħt il-pjan preżenti, il-konsulenti militari tal-Amerka jistgħu jgħinu lill-armata tal-Iraq fil-pjan ta’ attakk kontra l-Istat Iżlamiku.
Skont stima tac-CIA, preżentament il-grupp Jihadista għandu kontroll fuq partijiet kbar tas-Sirja u tat-Tramuntana tal-Iraq. Għandu madwar 20,000 u 31,000 suldat fl-Iraq u s-Sirja.
//= $special ?>