Internazzjonali

Rallies fi tmiem il-kampanja elettorali għar-Referendum fl-Iskozja

Kollox jinsab lest għall-vot storiku ta’ għada dwar jekk l-Iskozja għandhiex issir pajjiż indipendenti. Dan hekk kif l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika qed juri distakk żgħir favur il-LE, għalkemm hemm madwar 8% tal-elettrat li għadu indeċiż.

Fl-aħħar sforz tagħhom biex jikkonvinċu lill-elettorat, iż-żewġ naħat tal-kampanja organizzaw rally f’għeluq il-kampanja elettorali. Kemm dawk favur l-IVA kif ukoll dawk favur il-LE attendew għall-attivitajiet rispettivi fi Glasgow u l-viċinanzi.