Lokali Saħħa

Ray Busuttil se jirrappreżenta lil Malta fil-Bord Eżekuttiv tal-WHO

L-eks Supretendent tas-Saħħa Ray Busuttil se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Bord Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Dr Busuttil hu wieħed minn tmien rappreżentanti minn daqstant pajjiżi Ewropej fil-Bord.

Ray Busuttil beda jaħdem fid-Dipartiment tas-Saħħa fl-1988 u okkupa diversi karigi fid-Dipartiment sakemm f’Novembru 2013, il-Gvern ma ġeddidx il-kuntratt tiegħu bħala Supretendent tas-Saħħa, li hi t-tieni l-ogħla kariga fid-Diviżjoni tas-Saħħa wara s-Segretarju Permanenti.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudio Grech feraħ lil Ray Busuttil għall-ħatra tiegħu. Sostna li hu ta’ dispjaċir li persuna kompetenti u kkwalifikata bħal din tneħħiet minn Supretendent tas-Saħħa.