Lokali Qorti

Rumen espert ta’ kif jimmanipula l-logħob fil-Casino iwettaq frodi ta’ €36,000

Rumen ta’ 39 sena, espert ta’ kif jimmanipula l-logħob fil-Casino’s irnexxielu f’temp ta’ 13-il siegħa jdawwar għalih bi profitt is-somma ta’ €35,500, dan għad-dannu tal-Oracle Casino, li jinsab San Pawl il-Baħar.

Ioan-Florian Tet, temporanjament residenti fil-lukanda Alexandria, f’San Ġiljan ammetta li bejn it-13 u 16 ta’ Settembru 2014, fl-Oracle Casino, li jinsab fi’ Triq Dawret il-Gżejjer San Pawl il-Bahar, b’mezzi kontra l-ligi, jew billi ghamel użu ta’ ismijiet foloz, jew ta’ kwalifiki foloz, jew billi inqeda b’qerq ieħor, ingann, billi għamel qligh bi ħsara ta’ ħaddiehor .

Tet ammetta li beda jilghab il-logħba ta’ “3 card poker” ġewwa l-Oracle u inqabbad li kien qieghed jimmarka l-karti. L-investigazzjoni mid-distrett tal-Qawra, mmexxija mill-Ispettur Godwin Scerri irnexxielha ssolvi l-każ.

Huwa ingħata sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi ghal erbgħa snin, li jrodd l-ammont ta’ €36,000 fi żmien xahar mill-għoti tas-sentenza, lid-Diretturi tal-Oracle Casino u projbizzjoni għal perjodu ta’ erbgħa snin milli jattendi gewwa postijiet li huma liċensjati taħt il-“Malta Gaming Authority”.