Raġel Russu ġie ċċertifikat mejjet wara li ntlemaħ wiċċu l-isfel fil-baħar ġewwa l-bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan, illum 17 ta’ Settembru 2014 għall-ħabta tas-6.10 p.m.
Ir-raġel li għandu 65 sena, ittellgħa mill-baħar minn xi nies li f’dak il-ħin kienu fl-akkwati.
Minn iktar stħarriġ irriżulta li xi ħin qabel ir-raġel kien qiegħed jgħum fl-istess bajja. Il-kawża tal-mewt għadha mhux magħrufa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>