Il-Kap tal-PN Simon Busuttil sostna li l-PN jemmen f’deċiżjoni mibnija fuq il-prinċipju u s-serjeta quddiem l-illegalita tal-kmamar illegali fl-Armier.
Din id-dikjarazzjoni l-Kap tal-PN Simon Busuttil għamilha meta illejla kien qed jiġi intervistat waqt il-Festi tal-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Furjana mill-ġurnalist James Debono tal-Maltatoday.
Simon Busuttil qal li l-PN jemmen li m’għandhomx jittieħdu d-drittijiet ta’ dawk li għandhom kmamar fl-Armier skont il-liġi iżda mhux ġust li min ħa art pubblika jibqa’ għaddej qisu xejn b’inġustizzja ma’ dawk in-nies li ma ħadux l-art. Simon Busuttil ikkritika lill-Gvern li se jirregolarizza s-sitwazzjoni tan-nies li ħa l-art llegalment billi issa se jtiehom l-ismart meters. “Ma naqbilx li jingħataw l-ismart meters fil-kmamar illegali”, sostna Simon Busuttil.
Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar is-sitwazjzoni ekonomika, it-trasport pubbliku, iċ-ċittadinanza, il-każ tal-Ministru Owen Bonnici, il-Kummissarju Ewopew Karmenu Vella, il-President tar-Repubblika, l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li jmiss, l-insib u d-demokrazija. Simon Busuttil tkellem ukoll dwar il-liġi tal-unjoni ċivili u l-meritokrazija
//= $special ?>