Spettaklu multimedjali se jimmarka l-50 sena anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta.
L-ispettaklu, organizzat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali se jsir fil-Port il-Kbir, il-Belt Valletta, fejn se jkunu organizzati varjeta’ ta’ attivitajiet u attrazzjonijiet.
Il-programm tal-ispettaklu se jibda fis-7.20 bil-wirja tal-ajruplani.
Mistiedna għall-ispettaklu se jkun hemm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-mistieden irjali, il-Prinċep William, li se jinġabru fil-Barrakka ta’ Fuq, fejn se jagħmlu d-diskorsi tagħhom għal ħabta tat-8pm.
L-istess diskors se jidher proġettat fuq il-Forti Sant’Anġlu.
Is-serata tkompli bi spettaklu pirotekniku, b’iktar diskorsi mill-palk f’Ta’ Liesse u l-Innu Malti.
Wieħed jittama li din l-okkażjoni sservi bħala mezz biex il-poplu kollu jiċċelebra l-kisba tal-Indipendenza bħala kisba li l-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier kiseb għal poplu Malti u Għawdxi kollu, minkejja l-kuluri politiċi differenti tiegħu.
50 sena indipendenza bi spettaklu multimedjali
