Lokali

Il-Kap tal-PN jiltaqa’ ma’ Ġużi Spiteri

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil iltaqa’ ma’ Ġużi Spiteri, eks Ministru fil-Kabinett tal-Prim Ministru Ġorg Borg Olivier bejn l-1966 u l-1971.
Il-laqgħa saret fid-Dar ta’ l-Anzjani Casa Antonia, f’Ħal Balzan dalgħodu.
Simon Busuttil fisser lil Ġuzi Spiteri bħala wieħed mill-aħħar Ministri li servew taħt Borg Olivier u li għadhom ħajjin. Hu rringrazzja lil Ġużi Spiteri li serva bħala Ministru għall-Biedja, is-Sajd, il-Kummerċ u l-Industrija. U li fuq kollox kien ħadem fil-Partit Nazzjonalista fi żmien storiku għall-pajjiż.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ppreżenta tifkira lil Ġużi Spiteri li kien imdawwar minn martu Giovanna u wliedu Tonio, Marisa, Tonio u n-neputi Ian.