Lokali

Il-Kap tal-PN jiltaqa’ mat-tfal

Kmieni l-Ħamis filgħaxija fuq il-fosos tal-Floriana kien hemm attivita’ mat-tfal, li għamlu numru sabiħ ta’ mistoqsijiet f’ambjent ħelu u familjari.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħa sehem f’din l-attivita` bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet organizzati mill-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni tal-50 sena indipendenza.

Attivita’ li fiha l-Kap tal-Partit Nazzjonalista wieġeb diversi mistoqsijiet minn tfal, subien u bniet ta’ kull eta’, li kienu mistiedna jipparteċipaw għal din id-diskussjoni.

F’ambjent rilassat u bilqegħdha f’nofs it-tfal kollha mistiedna, Simon Busuttil, fil-kumpanija tas-sieħba tiegħu Kristina Chetcuti, wieġeb mistoqsijiet dwar il-ħajja tieghu, il-familja, il-passatempi tiegħu, il-karriera tiegħu ta’ avukat, il-kulur favorit tiegħu u l-passjoni tiegħu ghal Malta.

Tema li ssemmiet ħafna kienet ukoll il-kisba tal-indipendenza, bit-tfal iqabblu l-eta’ tagħhom mal-50 sena ta’ Malta independenti.