Iż-żagħżugħa Pakistana, Malala Yousafzai, li ħelsita mill-mewt wara li t-Talibani sparawlha f’rasha talli ħadmet favur l-edukazzjoni tal-bniet, ġiet mistiedna mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, sabiex iżżur Malta.
Il-President Coleiro Preca stiednet liż-żagħżugħa ta’ 17-il sena biex iżżur pajjiżna wara laqgħa li kellha magħha u mal-ġenituri tagħha f’Birmingham, fejn Yousafzai qed tistudja. L-istedina hi ntenzjonata sabiex Malala tinkoraġixxi lit-tfal Maltin jistudjaw u biex tissieħeb fi proġett edukattiv tal-President ta’ Malta bħala parti minn kampanja internazzjonali tal-edukazzjoni.
//= $special ?>