Leanne Camilleri, ta’ 20 sena u li ammettiet fil-Qorti li gidbet fuq missierha meta qalet li dan kien abbuża minnha sesswalment, ingħatat probation għal tliet snin u ordnata tagħmel 100 siegħa servizz fil-komunità. Il-Maġistrat Doreen Clarke spjegat lil Camilleri li trid tobdi lill-Uffiċjal tal-Probation u toqgħod għal li tgħidilha.
Il-Qorti qagħdet fuq dak li kienet irrakkomandat l-Uffiċjal tal-Probation, jiġifieri li Leanne tingħata sentenza ta’ tliet snin probation u tagħmel 100 siegħa f’servizz komunitarju, filwaqt li tibqa’ tingħata għajnuna psikoloġika sakemm jintemmu l-perjodu ta’ probation. Il-Qorti qieset ukoll ir-rapport tas-Social Worker u Psikologu, kif ukoll dak li l-Probation Officer kienet qalet fl-aħħar seduta.
Dakinhar, il-Probation Officer kienet xehdet li meta kienet tkellmet ma’ Emanuel Camilleri (ritratt), dan qal li kien ħafer lil bintu iżda ried ukoll li bintu terfa’ r-responsabbiltà ta’ għemilha. Meta ammettiet ir-reati, Leanne qalet li ommha kienet sfurzata tigdeb kontra missierha, xi ħaġa li qatt ma xtaqet tagħmel u li għamlita sforz il-biża’.
Għal Leanne Camilleri dehret l-Avukat Maxeline Pace, filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sandro Micallef.
//= $special ?>

