Lokali Qorti

Anzjan jammetti li faqa’ “windscreen” ta’ karozza tal-linja b’daqqa ta’ ponn

Anzjan ta’ 70 sena mill-Marsa ammetta fil-Qorti li faqa’ “winscreen” ta’ karozza tal-linja b’daqqa ta’ ponn, wara li l-istess karozza kienet se ttajjru. Huwa qal li rreaġixxa b’dan il-mod sforz il-biża li ħakmitu.

Giorgio Magri, ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn wara li ammetta l-akkużi miġjubin kontrih. Il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel kien qed jaqsam it-triq fejn id-dar tiegħu fil-Marsa meta karozza tal-linja għal ftit ma tajjritux. Wara Magri ta daqqa ta’ ponn fuq il-“windscreen” u kkawża b’madwar €430 fi ħsara.

Id-difiża mmexxija mill-Avukat Maxilene Pace qalet li dak li seħħ kien sforz il-biża li għaddu minnu l-anzjan, u rreaġixxa kif irreaġixxa. Magri skuża ruħu mal-Qorti u fil-Qorti ħallas għad-danni li kkawża.Il-Maġistrat Vella qal lil Magri, li hu ma jkissirx “windscreens” meta jkun beżgħan.