Internazzjonali

Fl-Iskozja jirbaħ il-LE, ir-Renju Unit jibqa’ magħqud

Il-maġġoranza tal-Iskoċċiżi għażlu li jibqgħu magħquda mar-Renju Unit, hekk kif il-LE rebaħ b’55% kontra l-45% tal-IVA fir-Referendum li nżamm ilbieraħ għall-Indipendenza tal-pajjiż. 26 minn 32 żona fl-Iskozja vvutaw le.

Glasgow, l-akbar belt fl-Iskozja u t-tielet l-akbar belt fir-Renju Unit, ivvutat favur l-Indipendenza Skoċċiża, hekk kif 53.5% taċ-ċittadini fil-belt ivvutaw li jgħaddi r-Referendum. Fl-aħħar xhur, Glasgow saret magħrufa bħala l-“Yes City”.