Il-Ħadd li ġej, propju f’Jum l-Indipendenza, il-gazzetta il-Mument se tinkludi l-ktieb, in-Nisġa tal-Indipendenza.
Il-ktieb kien miġbur mill-awtur Sergio Grech u jirrakkonta l-passi ewlenin li wasslu għall-Indipendenza ta’ Malta minn għajnejn Victor Ragonesi, is-Segretarju Politiku tal-Prim Ministru ta’ Malta Ġorg Borg Olivier.
L-Awtur jiġbor id-diversi kapitli tal-istorja politika ta’ Malta, l-isfond tal-inkwiet politico-religjuż, il-proposta ta’ Duminku Mintoff għall-integrazzjoni mar-Renju Unit, u d-diskussjonijiet għall-Indipedenza mar-Renju Unit wara l-elezzjoni tal-1962.
Trattati it-twaqqif ta’ istituzzjonijiet important għall-bini ta’ nazzjon, fosthom entita’ biex tattira investiment barrani u t-twaqqif tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, kif ukoll l-isfidi soċjali u ekonomiċi, fosthom id-dipendenza fuq in-nefqa tal-Forzi Armati Ingliżi f’Malta, u l-emigrazzjoni ta’ eluf ta’ Maltin.
L-Edizzjoni tal-Ħadd ta’ Il-Mument se tinbiegħ bil-prezz ta’ €2.
//= $special ?>