Lokali

“Jimxi” fil-passi ta’ missieru u nanntu

Id-Duka ta’ Cambridge, il-Prinċep William se jkun qed jaqsam il-Port il-Kbir fuq dgħajsa tradizzjonali Maltija bħala parti mill-programm taż-żjara tiegħu għall-Festa tal-Indipendenza.

Bħalma għamlu qablu ir-Reġina Eliżabetta iktar minn 60 sena ilu, meta kienet għadha Prinċipessa u missieru Charles, Prinċep ta’ Wales (ritratt).

Dan ir-ritratt, ġentilment misluf minn Terry Abela, juri lil ħuh Charles iwassal lill-Prinċep ta’ Wales abbord l-HMS Norfolk f’Ġunju tal-1972.

Id-Dgħajsa li ntużat biex twassal lill-Princep diga’ kellha 100 sena dakinhar u għadha f’kundizzjoni tajba u fil-baħar sal-ġurnata tal-lum.